top of page

Il-Panama fid-Dar Ċentrali

Archive
May 9, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Wieħed minn dawk li kien msemmi fl-Offshore Leaks, u Swiss Leaks u għandu rabtiet mal-Panama huwa Boris Xerri, li jmexxi l-ELCOM, li huwa l-uffiċċju elettorali tal-PN.

Isem Boris Xerri qiegħed fl-informazzjoni ppublikata mill-Konsorzju ta’ Ġurnalisti Internazzjonali (ICIJ).

Apparti li jmexxi l-ELCOM Boris Xerri huwa wkoll eks teżorier tal-Partit Nazzjonalista.

Fuq kollox Boris Xerri huwa wkoll ħabib kbir tal-Viċi-Kap Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami u ħuh Michael Fenech Adami. Filwaqt li huwa fdat ħafna minn Simon Busuttil.

Aktar kmieni illum, One News żvela li mit-tagħrif f’Panama Papers jirriżulta li Xerri għandu l-irwol ta’ Officer & Master Clients. Skont it-tagħrif tal-ICIJ jirriżulta li dan ifisser li huwa bniedem li għandu rwol f’entita offshore u li jgħin lill-klijenti jwaqqfu kumpaniji offshore. Kumpaniji li tant kritika l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar xhur.

Boris Xerri huwa Direttur f’kumpaniji Offshore irreġistrati l-Panama.

Fl-aħħar xhur Boris Xerri attenda l-protesti li organizza l-Partit Nazzjonalista kontra l-koruzzjoni partikolarment kontra l-ftuħ ta’ kontijiet fil-Panama.

Fis-sigħat li ġejjin l-ICIJ mistennija jippubblikaw iktar tagħrif b’rabta ma’ kontijiet u involviment ta’ Maltin f’Panama Papers.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page