Il-Parlament jesprimi l-fiduċja tiegħu f’Konrad Mizzi
Updated: Sep 21
Wara dibattitu ta’ ħames siegħat il-Parlament iddikjara l-fiduċja tiegħu fil-Ministru Konrad Mizzi. Fi tmiem dibattitu li fih kienet diskussa mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Konrad Mizzi, mressqa mid-Deputat tal-Oppożizzjoni Marlene Farrugia, 36 Deputat tal-gvern ivvotaw b’mod kompatt kontra din il-mozzjoni li ġabet biss 31 vot favur.
Dan kien it-tieni vot fi ftit ġimgħat li fih id-Deputati tal-Gvern ivvotaw b’mod kompatt kontra mozzjonijiet tal-Oppożizzjoni. Fil-votazzjoni tal-lejla li kienet tikkonċerna lilu, l-Ministru Konrad Mizzi astjena milli jivvota. Nieqes għan-naħa tal-gvern kien hemm ukoll id-Deputat Prim Ministru Louis Grech li fil-jiem li għaddew kien operat.
Dan hu gvern differenti minn oħrajn, anzi totalment differenti minn oħrajn li jifhem sitwazzjonijiet differenti, li m’huwiex arroganti imma li hu determinat li jkompli jagħmel il-ġid għal dan il-pajjiż li tah mandat biex jiggverna għal ħames snin.
Comments