top of page

Il-parti fuq ODZ li Beppe għandu bla permess se titla’ għall-vot quddiem il-Parlament?

Archive
Jun 9, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-PN ħareġ jgħid li huma jridu li kull biċċa art ODZ li trid tkun żviluppata għanda titla quddiem il-Parlament u ikollha l-appoġġ ta’ żewġ terzi tal-Kamra.

Fuq kull naħa ta’ Simon kien hemm iż-żewġ Viċi Kapijiet Beppe u Mario. Kwieti kwieti u jagħtu b’rashom biex juru li qed jaqblu ma’ kull kelma li kien qed jgħid il-Kap.

Ovvjament baqgħu kwieti. Beppe għandu palazz il-Għargħur partijiet minnu mibni llegalment u fuq ODZ waqt li Mario u familtu għandhom villa imprezzabli u pittoreska f’Ta Ċenċ. Wied li huwa kollu immarkat ODZ.

It-tnejn li huma ħadu li riedu. Ma jistħux imorru quddiem il poplu u jippontifikaw fuq l-importanza tal-ambjentu ebda ġurnalista quddiemhom ma jistaqsihom xejn.

Allura issa b’din il-pożizzjoni, il-parti li Beppe għandu fuq art ODZ għandha titressaq għal vot ta’ żewġ terzi quddiem il-Parlament? Jew dik orrajt?

Ta’ min jistaqsi lil Simon.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page