top of page

Il-Partit tal-Avukati jaqla’ ħasla mill-Qorti Kostituzzjonali

Archive
Aug 4, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-PN kien qed jippretendi li proċess ġudizzjarju jinbidel f’konkors għall-għażla ta’ ġudikant favorit fuq ieħor. Dan l-aħħar saru jiddilettaw jagħżlu l-ġudikanti li jkunu jriduhom jisimgħu l-kawżi tagħhom.

L-attakk aggressiv li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista fuq l-istituzzonijiet indipendenti llum sab kundanna qawwija tal-Qorti Kostituzzjonali.

Il-Partit Nazzjonalista kien qed jitlob li jinbidel l-Imħallef fil-kawża li għamel kontra l-Gvern dwar l-avviż legali li jirregola l-

billboards

fit-toroq. Hekk kif ċaħdet din it-talba u ordnat li s-smiegħ tal-kawża jitkompla kif assenjat, il-Qorti tat ħasla lill-Partit Nazzjonalista.

Dwar ir-rikors li sar minn Rosette Thake u Anne Fenech, il-Qorti kkundannat it-tentattiv tal-PN li joħloq “biża’ li ma jkunx fondat jew okkażjoni biex wieħed jidħol f’sajda għall-ġudikant li tibdel il-proċess ġudizzjarju f’konkors għall-għażla ta’ ġudikant favorit fuq ieħor”. Il-Qorti qalet li dan il- “

forum shopping

jaf jissarraf f’abbuż tal-proċess ġudizzjarju”.

Dan ma kienx każ uniku. Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, bħala l-Avukat tas-Sindku Nazzjonalista tar-Rabat Għawdex, ukoll talab li tinbidel il-Maġistrat li ġiet asenjata biex tisma’ il-kawża ta’ libell li fetaħ Samuel Azzopardi. U għax il-Qorti ta’ Għawdex ċaħdet it-talba, Jason Azzopardi għamel rikors ieħor fejn qed jinsisti li tinbidel il-Maġistrat.

Dawn huma tattiċi ta’ min huwa parti minn

establishment

elitista u jemmen li għandu dritt divin li jifred u jsaltan. L-Oppożizzjoni qed tagħmel dan l-attakk feroċi fuq l-istituzzjonijiet għax tinsab dahra mal-ħajt. Qed ittiha rasha għax mhux qed titwemmen min-nies u għalhekk fadlilha biss triq ta’ negattivita.

Simon Busuttil se jibqa mfakkar bħala l-iktar Kap Nazzjonalista li niżżel lill-Partit tiegħu fl-aktar livell baxx li qatt kien.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page