Il-persons of trust ta’ Gonzi u Fenech Adami bdew ġejjin lura fid-Dar Ċentrali
Updated: Sep 21
Ghal Simon Busuttil illum sar skandlu li l-gvern Laburista jimpjega persons of trust, persuni ta’ fiducja. Issa din hija prassi li kienet imħaddma mill-gvernijiet kollha Nazzjonalisti li pajjiżna kellu sa Marzu 2013.
Busuttil innifsu kien person of trust meta intagħżel minn Richard Cachia Caruana biex imexxi l-MIC qabel ir-referendum tal-UE. Imma mhux biss.
Għax fl-istess ħin li jattakka lill-gvern Laburista għaliex jimpjega l-persons of trust, Simon Busuttil spiċċa huwa stess bħala Kap tal-Oppozizzjoni mdawwar b’persons of trust ta’ żmien Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi.
Bħal dejjem Mr Double Standards.
Uħud mill-persons of trust ta’ żmien Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi li llum qed jiġru ma’ saqajn Busutill huma magħrufa – l-avukat Noel Buttigieg Scicluna, Richard Muscat, l-avukat Peter Fenech, l-avukat Joe Zammit Maempel u ohrajn.
Imma hemm uħud li huma ħafna inqas magħrufa u li iżda għal snin sħaħ taħt gvernijiet Nazzjonalisti marru tajjeb ħafna.
Wieħed minnhom huwa Eugenio Privitelli li nħatar minn Simon Busuttil bħala membru tal-bord ta’ reviżuri tal-PN bl-iskop li jkun jista’ jissorvelja l-ħidma tal-partit, b’mod speċifiku f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzi u l-ħidma operattiva.
Privitelli huwa ħabib kbir tal-Avukat Peter Fenech li minn naħa tiegħu kellu ditta legali ma’ Simon Busuttil u sal-lum għandhom kumpanija oħra flimkien.
Għal snin sħaħ Privitelli kien wieħed minn armata sħiħa ta’ persons of trusts li l-Ministri Nazzjonalisti kellhom magħhom. Kien qiesu d-dell ta’ Peter Fenech.
Ghal snin sħaħ kien fuq mill-inqas 3 bordijiet marbuta ma’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi minn fejn daħħal mill-inqas mat-€80,000.
U llum la Peter Fenech qiegħed jagħti daqqa t’id lil sieħbu Simon, reġa’ tfaċċa Privitelli. Busuttil ftaħar li se jiftaħ il-bibien u t-twieqi tad-Dar Centrali iżda l-ftit nies li daħlu kienu dawk tal-imgħoddi.
Comments