Il-PN ikompli l-attakk fuq Ira Losco, “bitch” jgħidilha Andrew Borg Cardona u “motherfucker” lil Prim Ministru
Updated: Sep 21
Basta Nazzjonalisti, meta l-Labour ikun fil-gvern ma jibqgħux jaraw. Isiru jobgħodu dak kollu li hu ta’ suċċess għal Malta. Magħhom weħlet Ira Losco li kif jaf kulħadd illejla se tkanta f’isem pajjiżna.
Imma l-PN ma jarax l-isem tal-pajjiż. Il-PN jinteressah minnhu biss u għalhekk, ma jixtieqx li Ira Losco tmur tajjeb fil-Eurovision tal-lejla.
L-opinjonista tal-PN Andrew Borf Cardona waqa’ fil-baxx u fir-redikolu li jgħajjar “bitch” lil kantanta Maltija u “motherfucker” lil Prim Ministru. Tkun se tgħid li dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux, imma man-Nazzjonalisti m’hemm xejn li ma jitwemminx.
Qed joħlom li l-Prim Ministru jsejjaħ elezzjoni bikrija minħabba l-feel good factor li jkun hawn fil-pajjiż jekk Ira Losco tirbaħ il-Eurovision. Għalhekk ma jriduhiex tirbaħ, għax moħħhom fl-elezzjoni.
Imma b’xiber imnieħer se jibqgħu għaliex irrispettivament mir-riżultat tal-lejla, din il-legiżlatura baqala sentejn oħra. Sa dak iż-żmien Andrew Borg Cardona jkun tilef flus mill-konsulenzi u direct order li kien jieħu taħt il-PN.
Mhux ta’ b’xejn jobgħod lill-Labour u miegħu qed teħel ukoll Ira Losco.
Comments