top of page

Il-PN jgħid li rreżenja Kunsillier, l-ittra għadha ma waslitx għand is-Segretarju

Archive
Mar 9, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-PN ippublika ittra tal-Kunsillier Richard Chetcuti wara li minn fuq din il-website żvelajna kif insulta lil Ministru Konrad Mizzi bl-aktar kliem għoxxen possibbli meta waqt li kien għax-xogħol aktar kmieni dalgħodu kiteb “Fo** kemm għandu u lib*”

Kiteb hekk fuq Facebook b’reazzjoni għal kumment ta’ persuna li kienet għadha kif kitbet “Konrad Mizzi raħħasli l-kont tad-dawl b’25% u Beppe Fenech Adami ma tani xejn”.

Dak li kiteb Richard Chetcuti, li huwa Born Again Christian u jaħdem fi skola primarja tal-Knisja ġab il-kundanna tas-Sindku tiegħu f’Ta’ Xbiex Max Ta’ Xbiex u tas-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista. Il-PN żamm ħalqu magħluq.

Matul il-ġurnata saru tentattivi minn naħa tal-PN biex ma niktbu xejn dwar dan il-każ u fil-għaxija ippublikaw l-ittra tar-riżenja tiegħu meta fil-fatt, il-kunsillier innifsu kien għadu anqas ippreżentaha lis-Segretarju tal-Kunsill Lokali.

Nifhmu għalhekk li l-ittra kienet ippublikata biex issir pressjoni fuq Chetcuti biex jirreżenja minn kariga li iliu fiha għal ftit ġimgħat. Sorsi f’Ta’ Xbiex jgħidu li l-PN ma kienx reid lil Chetcuti jikkontesta u din kienet okkażjoni tajba biex jeħilsu minnhu.

Din hija l-ittra li ppublika llejla l-PN

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page