Il-PN jippersisti bl-insulti u jirrepeti t-tgħajjir ta’ Borg Cardona “live bitches”
Updated: Sep 21
Wara ġurnata ikkaratterizzata mill-attakk ta’ Andrew Borg Cardona fuq Ira Losco li għajjarha “bitch” l-impjegati tal-PN jużaw l-istess kelma”bitches” biex jiddeskrivu dak li kien għaddej fi Stokkolma fil-ħin tal-live event fuq Facebook.
Il-maltarightnow.com hija site awtentika tal-PN u f’live stream minn Stokkolma, użaw it-titlu ‘Press Centre Stockholm live bitches’ waqt li kienu qed jiffilmjaw dak li kien għaddej fil-press centre dak il-ħin. B’referenza ċara li kienu qed jgħitu ‘bitch’ lil kull min kien qed jidher fil-filmat fil-ħin msemmi.
Irredikolaw lil kull min b’xi mod ħassu offiż bl-insulti fil-konfront ta’ Ira Losco f’konversazzjoni bejn Andrew Borg Cardona u l-portavuċi u kandidat tal-PN David Thake.
Irredikolaw lil Ira Losco innifisha u wrew kemm huma insensittivi fil-konfront ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn.
Dan il-link sar il-lejla wara li Simon Busuttil kien għamel Tweet li fih awgura lil Ira Losco. Mela għandna lil kap tal-PN jgħidilha good luck u jridna nemmnuh u l-impjegati tiegħu jinsulentaw lil kantanta Maltija.
Comments