Il-PN qed jitlob €450,000 għal każin taż-Żejtun
Updated: Sep 21
Il-Każin tal-PN taż-Żejtun diġa qed ikun irreklamat għal bejgħ minn kumpaniji ta’ Real Estates lokali. It-talba għal każin qed tkun ta’ €450,000 minn għand Dhalia. Diġa qed jingħad li żewġ każini oħra li mistennija jinbiegħu huma ta’ Bormla u Marsaskala, il-lokalitajiet fejn il-prezz tal-bini qed jgħola minħabba l-investiment tal-Grupp Sadeen fl-American University of Malta li l-PN tant ikkritika.
Il-każin taż-Żejtun se jitniżżel fl-istorja minħabba l-aħħar diskors ta’ Simon Busuttil li fih ħareġ maktur u qal li għandu mitt sena, meta fil-fatt mitt sena ilu il-maduma ma kienetx teżisti!
Dak in-nhar kien qal li l-maktur li suppost għandu mitt sena kien se jwaħħlu fl-uffiċċju tiegħu biex jiftakar fih bħala t-tarka tan-Nazzjonalisti. Il-maktur ma ddendilx.
Għal min irid ipaxxi kważi nofs miljun ewro lil PN din hija l-link tad-Dhalia.
http://www.dhalia.com/P000186832
Comments