Il-President tal-Moviment ta’ Kana f’attivita partiġġjana tal-PN
Updated: Sep 21
Il-President tal-Moviment ta’ Kana suppost jippriedka l-għaqda fil-familji, iżda ingħaqad mal-PN fil-kampanja goffa u qalila intiża biex toħloq tensjoni fil-pajjiż. Galea Salomone kien mexxa wkoll il-kampanja kontra d-dħul tad-divorzju.
“L-iskop tal-Moviment ta’ Kana hu “li jġib ‘il quddiem il-familja u r-relazzjoni taż-żwieġ bħala waħda dejjiema, fidila i miftuħa għal ħajja” u l-President tiegħu jgħid kontra l-gvern f’attivita partiġġjana li tnissel il-firda fost il-poplu Malti.
Galea Salomone għamel tliet snin jaħdem ma’ gvern li hu jsejjaħlu korrot bħala Deputy Chair tal-Arbitration Centre. Kien offra r-riżenja tiegħu mal-bidla fil-gvern imma dan il-gvern kien żammu fil-kariga sakemm intemm it-terminu tiegħu.
Comments