Il-Pulizija kienet irċeviet dokumentazzjoni f’ wieħed mill-każi ta’ Arrigo
Updated: Sep 21
Fil-PN hemm min għandu ħafna affarijiet x’jaħbi, apparti flus barra minn Malta. Robert Arrigo huwa wieħed minnhom. Lura fl-2009 kien daħal f’bawxata li tgħidx kemm irsista biex ma toħrogx fil-pubbliku.
Id-dokumentazzjoni qiegħda għand il-Pulizija. Il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi kien jaf b’dak li ġara u nassumu wkoll li kien jaf x’għandha f’idejha l-Pulizija.
Dan il-każ qatt ma tfaċċa fil-pubbliku.
Min jaf jekk Marina, il-mara tiegħu, tafx bih ukoll dan il-każ?
Jista’ jkun li taf b’ta’ l-anqas żewġ każi oħra li fihom involut żewġha. Pero’ jekk tafx b’dan il-każ tal-2009 diffiċli wieħed jgħid.
Robert Arrigo għandu jkollu l-kuraġġ jitkellem, l-ewwel mal-mara, mbagħad pubblikament għax kif tgħid il-kwotazzjoni tal-Maġistrat Taljan Paolo Borsellino, min m’għandux kuraġġ imut kuljum, min għandu l-kuraġġ imut darba biss.
Comments