Il-qerq ta’ Simon Busuttil dwar il-kontijiet tad-dawl u ilma
Updated: Sep 21
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jitlef il-kredibbilta ma’ kull dikjarazzjoni li jgħamel, kemm jekk tkun ċuċata bħal tal-iskalora u kemm jekk tkun kwestjoni serja bħalma huma l-kontijiet tad-dawl u ilma li dan il-gvern raħħas fl-ewwel sena tiegħu, kif kien imwiegħed.
Nhar it-Tnejn li għadda, Simon Busuttil qal li l-gvern tal-PN kien se jraħħas il-kontijiet tad-dawl u ilma. Qal li kellu l-istess pjan ta’ Joseph Muscat.
Mhux veru li Simon Busuttil ried iraħħas il-kontijiet tad-dawl u ilma. L-ewwel nett kiteb il-programm elettorali tal-PN, li kien sfiduċjat bil-kbir, u mkien ma’ ried inaqqas il-kontijiet kif naqqashom Joseph Muscat jiġifieri b’medja ta’ 25% jew saħansitra f’ċerti każi b’35%.
Id-dikjarazzjoni li tikxef il-qerq ta’ Simon Busuttil saret minnu stess bħala Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament nhar il-11 ta’ Novembru 2013 meta kien qal dawn il-preċiżi kelmiet.
“Irrid nirrikonoxxi li fl-2009 il-Gvern Nazzjonalista kien għolla l-kontijiet, u dak kien żball. Huwa żball għax
seta’ għollihom fuq medda itwal ta’ żmien
biex il-familji ma jħossux ix-xokk li ħassew”.ħ
Jiġifieri Simon Busuttil, il-kontijiet tad-dawl u ilma ried jgħollihom fuq medda itwal ta’ żmien mhux iraħħashom. Dik id-dikjarazzjoni għadha tgħodd għax għadu ma merihiex.
Mur emmnu li ried iraħħas il-kontijiet. Simon Busuttil m’għandu ebda kredibbilta u għalhekk il-poplu ma jafdaħx.
Comments