top of page

Il-Qorti tat raġun lill-Prim Ministru kontra Gaffarena u tarmi mit-tieqa d-difiża ta’ Busuttil favur Gaffarena

Archive
Feb 16, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Stqarrija tal-Partit Laburista; Bid-deċiżjoni li ħadet il-Qorti llum, fejn laqgħet il-mandat ta’ inibizzjoni li fetaħ il-Prim Ministru flimkien mal-Avukat Ġenerali kontra Gaffarena, mhux biss il-Qorti tat raġun lil Prim Ministru u l-Gvern li kien hemm bażi sabiex dan il-każ jiftaħ, iżda wkoll waqqgħet u remiet barra mit-tieqa dak li qal Simon Busuttil, liema difiża ntużat minn Gaffarena.

Bil-konferma tal-Qorti li l-Prim Ministru seta’ jiftaħ il-każ bħala membru Parlamentari, illum kien konfermat ukoll li dan il-każ seta’ infetaħ minn kull deputat, inkluż Simon Busuttil inniffsu u Jason Azzopardi.

Interessanti li d-difiża li ġab Gaffarena quddiem il-Qorti hija fuq l-istess binarji tad-difiża li ressaq Simon Busuttil biex jattakka l-Gvern billi qal li din il-kawża kienet maħduma biex tintilef għax il-Prim Ministru ma jistax jiftaħ kawża.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page