Il-qtates tal-Pieta’ qed imutu avvalenati
Updated: Sep 21
Il-qtates fil-madwar tal-kulleġġ Dun Ġorġ Preca fil-Pieta’ qed imutu avvalenati. Rapport tal-Malta Independent jatribwixxi l-imwiet għal avvelenament wara awtopsji li saru fuq qtates li nstabu mejta.
Fir-ritratt li ppublikat l-Independent mal-istorja tidher ukoll id-Dar Ċentrali. Veru li mimlija velenu u bħalissa għandhom ħafna leaks, imma possibbli qed jimplikaw li l-velenu mid-Dar Ċentrali illijkja u qed joqtol il-qtates?
Fl-aħħar jiem kien hemm leaks fuq bosta affarijiet mid-Dar Ċentrali. Kien leaked ir-rapport ta’ Marthese Portelli dwar it-traffiku, kienet leaked informazzjoni dwar iċ-ċedoli, kienet leaked informazzjoni dwar il-ġbir ta’ fondi u informazzjoni oħra li sa issa għadha ma ħarġitx.
Xi trid biex illijkja xi velenu wkoll?
L-awtoritajiet għandhom jinvestigaw.
Comments