Il-UĦM u l-MEA kompliċi mal-PN fil-ħsara li qed jipprova jagħmel lil Malta
Updated: Sep 21
Illejla ħarġu żewġ forċini storiċi tagħhom, il-Malta Employers Association u l-Union Ħaddiema Magħqudin irrappreżentati minn Joe Farrugia u Josef Vella biex jitkellmu f’wieħed mill-aktar programmi partiġġjani li għandu l-PN fuq l-istazzjon tiegħu, immexxi minn uffiċjal pubbliku.
Wieħed biex ibeżża lin-nies li 9,000 impieg huma f’riskju fil-qasam finanzjarju, ma nafx minn fejn ġabha u l-ieħor biex jgħid li l-Prim Ministru jrid jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jieħu, flok jitkellem fuq kemm il-ħaddiema illum qed jgħix aħjar grazzi għad-deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru.
Sur Farrugia, u inti taf Sur Vella, dan il-gvern 9,000 impieg ħoloqhom fi ftit aktar minn sena waħda minn kemm Joseph Muscat inħatar Prim Ministru.
Storikament iż-żewġ organiżazzjonijiet, l-MEA u l-UĦM dejjem taw l-appoġġ tagħhom lil PN, iżda llum qed ikunu kompliċi tal-ħsara li l-Oppożizzjoni li tipprova tagħmel lil pajjiżna.
Dawn it-tnejn, huma kompliċi tagħhom
Flok ixewxu fuq l-istazzjon tal-PN, Joe Farrugia u Josef Vella imisshom jitkellmu dwar kemm il-ħaddiem għamel avvanz ‘il quddiem u jemm min iħaddem għandu l-fiduċja tant li qed ikompli jinvesti biex jinħoloq aktar xogħol.
Comments