Il-Viċi Kap iħejji t-triq għal wara l-elezzjoni
Updated: Sep 21
Bl-għajnuna ta’ In-Nazzjon, Beppe Fenech Adami beda t-triq għal wara l-elezzjoni li ġejja. Fil-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-bieraħ, beda jħejji t-triq biex f’kaz li l-PN jitlef l-elezzjoni ikun jista’ jgħid li l-Labour rebaħ bil-korruzzjoni u għalhekk ikun jista’ jibda kampanja bħalma għamel missieru bejn l-1981 u l-1987.
Dik hi l-intenzjoni ewlenija ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet iebsa ta’ Beppe Fenech Adami li qed iżeffen il-korruzzjoni fin-nofs ma l-elezzjoni ġenerali.
Beppe Fenech Adami għandu ħafna saħħa u jeżerċita kontroll fuq ħafna dipartimenti fid-Dar Ċentrali għalhekk jista’ jinfluwenza deċiżjonijiet li jittieħdu, bħal fil-każ tal-istorja li dehret fl-ewwel faċċata ta’ In-Nazzjon illum li qed timplika li fl-elezzjoni li ġejja, se jkun hemm ċittadini Maltin li m’għandhomx id-dritt tal-vot u se jitħallew jivvotaw.
Dan hu pretest tajjeb biex jekk il-PN jitlef l-elezzjoni li ġejja, hija ħaġa ċerta li hu se jkun il-Kap wara Simon Busuttil ikun jista’ jibda jgħid li l-Labour rebaħ bil-korruzzjoni u għalhekk jibda kampanja salvaġġa ta’ ħames snin sħaħ protesti, diżubbidjenza ċivili u kull tfixkil ieħor biex fl-iqsar żmien possibbli isir Prim Ministru.
Comments