Il-Viċi Prim Ministru tal-Futur fis-Sod jiddisprezza l-bandiera Maltija
Updated: Sep 21
Mario de Marco li qed jaspira illi xi darba jkun Viċi Prim Ministru ma jiddejjaq xejn jiddisprezza l-bandiera Maltija u jqabbel lil Malta ma’ repubblika tal-banana.
Dan hu l-istess persuna li meta kien Ministru tat-Turiżmu fil-kabinett ta’ Gonzi kien ukoll konsulent tal-Malta Enterprise, u għaliex dan il-gvern ma jħarisx lejn uċuħ Mario de Marco għadu konsulent tal-Malta Enterprise.
Daqshekk hi repubblika tal-banana, Malta.
Jekk irid, għandu fejn itellagħha din il-bandiera
Mhux li tgħid qed jagħmel xi suċċess kbir bħala Viċi Kap tal-PN, apparti li bilkemm jinstema’ … meta mar jindirizza l-laqgħa annwali tal-PN Ħamrun, kważi ħadd ma mar jisimgħu.
Comments