Il-Werżieqa terġa titkellem …
Updated: Sep 21
Membru tax-Shadow Cabinet qed jipproponi li għal nhar il-Ħadd waqt il-mass meeting jużaw id-diska ‘Cicale’ ta’ Heather Parisi. Din hija d-diska favorita tal-werzieqa li l-ġimgħa l-oħra qaltilna li kien hemm min kien qed iċemplilha w idejjaqha waqt li tkun xogħol.
Il-kanzunetta ferrieħa, imma tfakkarha f’affarijiet koroh, għax kien joqgħod ikantala fuq it-telefon, fost affarijiet oħra li kien jgħidilha u jagħmel.
Fl-opinjoni tagħha aħjar jużaw diska mill-Lion King. Il-PN ġa għandhom iljun.
Il-werżieqa taf li dan il-membru tax-shadow cabinet qed jipprova jagħlqilha ħalqa, għax tgħidx kemm ċempel nies wara dak li qalet il-ħimgħa l-oħra biex jikkonvinċuwha ma tgħid xejn. Imma ddejqet tissaporti u tara lil ħaddieħor jilgħaba tal-qaddis.
Din hi d-diska ‘Cicale’
Comments