Illum mistenni vot qawwi u sod ta’ fiduċja fil-gvern
Updated: Sep 21
Il-Parlament illum mistenni jikkonferma l-fiduċja fil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-gvern tiegħu. Fiduċja li tirrifletti l-maġġoranza ta’ 167,533 vot li ġab il-Partit Laburista fl-elezzjoi ta’ Marzu 2013. In-naħa tal-Gvern ser tivvota b’mod kompatt għax konvinti bix-xogħol li sar u li għad irid isir u li permezz tiegħu Malta verament qed tinbidel.
Simon Busuttil qalilna li bil-vot parlamentari ser jibgħat lill-Gvern id-dar. Iżda jekk jispiċċa dan il-Gvern huwa x’ser jagħmel? X’ser jagħmel bil-kontijiet?, bil-
power station
?, bil-Programm ta’ Ċittadinanza b’investiment?, bl-ekonomija?, bil-proġett tal-AUM?, se jkompli jagħti l-VAT imħallas żejjed fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi?, se jibqa’ jagħti ċ-
childcare
b’xejn?, se jibqa’ jagħti l-istipendji għal min jirrepeti?, se jwaqqaf iż-żieda li qed nagħtu fil-pensjonijiet filwaqt li jżid bolla oħra?.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni mhu se jkun jista’ jagħmel xejn minn dak li qed jagħmel dan il-Gvern għax m’għandux pjan. Meta mistoqsi jekk iridx ikun fil-Gvern Simon Busuttil qal li le, sempliċiment ma jridx lil Joseph Muscat jibqa# Prim Ministru.
Tal-inqas nafu mhux lest li jmexxi.
Comments