top of page

Imhallas mit-Taxpayer biex jaghmel allegazzjonijiet serji. Gib il-provi

Archive
Feb 13, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Is-Sur Antoine Vella huwa lecturer fl-Universita ta’ Malta (mistghageb kemm hu boring, jghidu l-istudenti) imma huwa wkoll attivist tal-PN, Kunsillier u kummentatur kontra l-Labour kemm fil-gazzetti, fuq il-media tal-PN, fuq il-media socjali, websites u ma neskludix ukoll fil-lecture room meta l-istudenti jkunu mqajmin.

Is-Sur Vella huwa mhallas mit-taxpayer ukoll u wara illi ta’ Le Iene gew Malta biex jikkritikaw lil gvern Malti talli qed jikkontesta kontijiet ipprezentati lil kumpanija Taljana, wara li diga’ thallsu mal-€10 miljuni tax-xoghol li ghamlu, huwa wkoll hass li kellu jintervjeni u jaghmel allegazzjonijiet serji fil-konfront tal-gvern u tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

F’din il-kitba tieghu, is-Sur Vella qieghed jallega li “il-gvern Malti, jisraq lil poplu Malti bhalma qed jisraq lil kumpanija Taljana. Qieghed jallega wkoll li l-kumpanija Taljana ma thallsitx it-€3 miljuni zejda li qed titlob ghax ma hallsitx flus minn taht”. ‘Mazzette’ jghidulhom bit-Taljan.

Ikompli jallega li l-flus qed jehduhom il-Ministri, in-nisa taghhom, il-genituri taghhom, il-kugini, il-hbieb u l-hbieb tal-hbieb. Miljuni ta’ flus mohlija li jqajjmu suspett specjalment lil dawk illi ffinanzjaw il-kampanja ta’ Muscat. Intrigi mal-gvernijie tal-Azerbaijan u c-Cina fejn Muscatqed ibiegh nofs Malta”.

Kif wiehed jistenna, l-PN u l-akkolti tieghu ma raw xejn hazin f’li kiteb Antoine Vella. La hu mhallas mit-taxpayer biex jaghmel allegazzjonijiet serji kontra l-gvern u l-esponenti tieghu, hadd ma hu se jitolbu jirrezenja.

Pero, is-Sur Vella issa ghandu ikun ragel u galadarba ghamel dawn l-allegazzjonijiet imur ghand il-Kummissarju tal-Pulizija, jew ghand il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u jgib il-provi tal-allegazzjonijiet li ghamel.

Jekk jaf li hawn il-korruzzjoni ikun irresponsabbli jekk jahbiha. L-idolu tieghu, Eddie Fenech Adami kien jghid li “min ma jiggilidx il-korruzzjoni huwa korrott ukoll”. Bil-paroli ma tiggilidx korruzzjoni. Biex tiggieled il-korruzzjoni trid iggib il-provi u thalli l-investigazzjonijiet isiru.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page