Impjegati tal-MGA mwiddba ma jattendux attivitajiet politiċi u Kristy flok għax-xogħol tmur tara l-kostitwenti
Updated: Sep 21
It’s ok li Kristy Debono tmur tagħmel id-door to door waqt il-ħin tal-uffiċċju, imma impjegati oħra tal-Malta Gaming Authority kienu mwiddba minn membri tal-management li jkun aħjar għalihom jekk ma jattendux laqgħat politiċi.
Il-persuni in kwestjoni kienu attendew għal diskussjoni politika wara l-ħin tax-xogħol li kienet titratta x-xogħol u kienet organizzata mill-Partit Laburista fil-jiem ta’ qabel l-ewwel ta’ Mejju.
Qalulhom li billi huma jaħdmu mal-MGA bħala public offiers jiltaqgħu mal-klijenti, ikun aħjar jekk ma jattendux għal laqgħat simili.
Din is-sena Kristy Debono għad m’għamlitx ġimgħa sħiġa xogħol u ma hemm ebda record li juri meta, kemm u jekk daħlitx jew le għax-xogħol għaliex l-MGA ma żżommx rekord tad-dħul u l-ħruġ tal-impjgeati tagħha.
Għalhekk, wisq probabbli li tibqa’ għaddejja bil-kampanja tagħha door to door anke filgħodu waqt il-ħin tax-xogħol bħalma għamlet fil-ġimgħat li għaddew f’San Ġwann fejn żaret numru ta’ familji fi Triq il-Mensija bejn 10.30am u 11.30am.
Comments