top of page

In Simon we don’t Trust

Archive
Feb 27, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Simon Busuttil iddikjara l-involviment tiegħu bħala shareholder fid-dikjarazzjonijiet tal-assi fil-Parlament Malti? Din hi mistoqsija importanti li għandha ssir fid-dawl tal-kontroversja li tqajjmet dwar il-Ministru Konrad Mizzi li minn naħa tiegħu iddikjara kollox.

Simon Busuttil għamel bħal Konrad Mizzi w iddikjara l-involviment tiegħu fid-dikjarazzjoni tal-assi tal-Parlament Malti?

Kemm ilu Kap tal-Oppożizzjoni iddikjara kemm għamel qliegħ minn dawn il-kumpaniji?

Jew kien qed jagħmel xogħol volontarju?

(mill-ammont kbir ta’ konsulenzi li ngħata minn gvernijiet Nazzjonalisti kien iddikjara li qala’ inqas mill-minimum wage)

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa involut direttament f’mill-inqas żewġ

trust companies

li jieħdu ħsieb l-assi ta’ persuni oħrajn u għadu jidher bħala shareholder f’dawn iż-żewġ kumpaniji partikolari.

The Alphabet Trustee u GSN Limited huma żewġ trust companies li Busuttil u l-Avukat tal-Partit Nazzjonalista ħabib tiegħu Peter Fenech, jidhru bħala majority shareholders tagħhom taħt l-isem ta’ Gansam Holdings Limited.

Din tal-aħħar hi kumpanija li Busuttil u Fenech għandhom bejniethom, flimkien ma’ Austin Sammut, li hu wkoll qrib sew tal-PN.

Għalkemm fl-2012 kien inbeda proċess biex The Alphabet Trustee u GSN Limited jiġu likwidati, Busuttil u Fenech għadhom jidhru bħala shareholders f’dawn iż-żewġ kumpaniji li huma proprju trusts.

Il-kumpaniji, li ilhom imwaqqfin mill-1995 u l-1998 rispettivament, huma rreġistrati fuq 36, Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta, l-istess indirizz tal-kumpanija Gansam Holdings Limited u l-uffiċċju legali tal-kumpanija Ganado Sammut Advocates fejn kienu msieħba Fenech u Busuttil.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page