Inbidel il-gvern u miegħu inbidlet l-istorja, illum sar ħażin li timmilita fil-partit u taqdi dmirek lejn pajjiżek
Updated: Sep 21
Fi żmien il-PN ma kien fiha xejn ħażin li jkollok esponent tal-gvern ikun attiv fil-partit ukoll. Fil-Parlament fl-2012, Lawrence Gonzi kien qal hekk dwar Richard Cachia Caruana: “Veru li din il-persuna tat ukoll kontribut fil-Partit Nazzjonalista. Imma allura? Hemm xi ħaġa ħażina għax timmilita fil-Partit Nazzjonalista waqt li taqdi dmirek lejn pajjiżek?”
Inbidel il-gvern u nbidlet l-istorja. Illum skont il-Kap tal-PN ma tistax tkun tappoġġja lill-Partit Laburista u fl-istess ħin taqdi dmirek lejn pajjiżek. Simon irid li min għandu twemmin Laburista jibqa’ ma jingħata qatt ebda opportunita biex jaħdem għal pajjiżu, kif ġara għal snin sħaħ taħt gvernijiet tal-PN.
Għax taħt il-PN kollox kien isir bil-meritokrazija kif tant jippriedka Simon illum. L-Ambaxxaturi per eżempju qatt ma kienu jintgħażlu għax kienu jkunu Nazzjonalisti. Qatt. Ibda minn Richard Cachia Caruana l-ewwel wieħed. Imma dan ma kienx waħdu. Fi żmien il-ħbieb ta’ Simon, Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi:
Ex kap tal-istamperija tal PN kien ambaxxatur ta Sawdi Gharabja, l-Qatar u l-Bahrain
Ex Kap tas Segretrajat ta Ministru Nazzjonalista kien ambaxxatur ghall-Italja, l-Grecja, ghall-Organizazzjoni ghas-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, ghall-Awstrija, ghall-Ungerija u anki fi New York
Ex Kap ta’ Segretarjat ta’ Ministru Nazzjonalista kien ambaxxatur ghas-Sawdi Gharabja, Bahrain, Kuwait, Oman, l-Emirati Gharab Maghquda, Qatar u l-Yemen u iktar tard ghall-Polonja, l-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova
Ex kandidat tal-PN kien Kummisssarju Għoli għall-Awstralja u Ambaxxatur għall-Eġittu, it-Turkija, is-Sirja, il-Libanu u l-Gordan
Ex Deputat tal PN kien ambaxxatur ghall-Awstrija u l-iSvezja
Ex Segretarju Parlamentari Nazzjonalista kien ambaxxatur għall-Irlanda #
Żewg ex Ministri Nazzjonalisti inħatru Kummissarji Għolja għar-Renju Unit
Busuttil bla dubju jiddefendi l-ħatriet ta’ dawn in-nies kollha u jgħid li kienu kollha tajbin biex isiru Ambaxxaturi għax kollha kemm huma mhux biss Nazzjonalisti, imma Nazzjonalisti magħżula tal-qalba bħalma wara kollox kien huwa meta għażluh biex imexxi l-MIC.
Comments