top of page

Inkwetat, qed idur għall-appoġġ fost kritika interna

Archive
Mar 16, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami fiċ-ċentru ta’ skandlu politiku mifrux fuq għadd ta’ snin fi żmien amministrazzjonijiet differenti meta missieru Eddie kien Prim Ministru u President u fi żmien l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi, qiegħed idur lid-Deputati biex jgħatuh l-appoġġ.

Fenech Adami beda jdur lid-Deputati minn nhar it-Tlieta wara nofs in-nhar minn meta One News beda jgħati indikazzjoni li kien se jiżvela skandlu politiku li jinvolvi fih ukoll l-ogħla esponenti ta’ gvernijiet differenti tal-PN.

Sal-Erbgħa filgħodu Kristy Debono kienet diġa ħarġet tiddefendih, anke jekk ma kellix il-fatti kollha f’idejha. L-istess għamel Hermann Schiavone kandidat għall-ewwel darba u viċin ta’ Fenech Adami għal ħafna snin.

F’dawn il-jiem Beppe Fenech Adami mistenni jkompli jara kif jikseb l-appoġġ ta’ Deputati biex jappoġġjawh pubblikament billi qed iħejji ruħhu għal kritika kbira li mistenni jiffaċċja, kemm pubblikament u anke internament.

Fl-istamperija hemm min qed iwaħħal fih għal kampanja qalilha li qabad il-PN u li se twassal biex għadd ta’ politiċi ikunu fil-mira billi għad hemm każi dwarhom li ma ħarġux pero’ jafu li jistgħu jagħmlu ħsara lill-PN f’din it-triq li qabad.

B’hekk Beppe Fenech Adami qed ikollu jifaċċja l-kritika interna li għalkemm issir minn wara dahru, qiegħda hemm u jaf biha.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page