top of page

Interessati nkunu nafu kif jaħsibha Jason Azzopardi fuq l-omosesswalita mhux fuq is-Serbi

Archive
Feb 23, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

L-Iljun tal-PN, Jason Azzopardi ma jaħmilx li s-Serbi jgħixu u jaħdmu f’Malta. Fil-Parlament meta kien qed jitkellem fuq l-implimentazzjoni tal-mizuri tal-Budget qal li dawn qed jiġu Malta u jieħdu xogħol il-Maltin. Dik hi l-opinjoni tiegħu.

F’Malta hawn mat-30,000 ruħ barranin jaħdmu legalment, jiġifieri jħallsu l-bolla u t-taxxa. Għaliex Jason Azzopardi semma’ lis-Serbi minn fost il-ġnus kollha li hawn Malta jaf hu biss. Iżda fi ftit tas-snin oħra dawn jistgħu ikunu wkoll membri tal-Unjoni Ewropea.

Flok jgħid kontra ġnus oħra, Jason Azzopardi aħjar jgħid kif jaħsibha dwar l-omosesswalita u x’pożizzjoni se jieħu meta jiltaqa’ l-Grupp Parlamentari. Jekk hux parti mill-grupp ta’ Beppe Fenech Adami li jaqbel mal-position paper tal-Knisja.

Il-Knisja qed torbot l-omosesswalita mal-pedofelija u tqisha bħala marda. Fil-PN hemm min mhux qed jaqbel ma’ din il-pożizzjoni, iżda dawk li huma favur il-pożizzjoni tal-Knisja huma b’saħħithom u għalhekk Simon Busuttil mhux qiegħed jitkellem pubblikament.

Possibbli li Simon Busuttil iqis l-omosesswalita bħala marda?

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page