Investigazzjoni li ħadd m’hu jitkellem dwarha
Updated: Sep 21
Membru Parlamentari talab li ssir investigazzjoni fuq uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. L-aħbar ma ingħatatx importanza mill-media indipendenti għax ma jarawx li hija aħbar billi l-persuna huwa Nazzjonalist.
L-istorja kienet tkun bil-kontra li kienu l-persuna involuta kienet xi ħadd fuq in-naħa tal-Labour imma nzerta li Antoine Calleja m’huwiex Labour.
L-investigazzjoni li talab id-Deputat Parlamentari Michael Falzon kienet instigata minn ritratt li deher fuq din il-website ta’ Antoine Calleja ma’ Jason Azzopardi ta’ żewġt iħbieb li marru jaraw logħba football. Għax anke n-Nazzjonalisti jħobbu l-football u jaraw il-logħob barra minn Malta. Jontu tafu?
Il-persuna li jidher fir-ritratt ma’ Jason Azzopardi huwa Antoine Portelli, uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali responsabbli minn għadd ta’ investigazzjonijiet.
Antoine Calleja huwa persuna qrib ħafna ta’ Jason Azzopardi, ġej mill-istess lokalità tiegħu Raħal Ġdid, għandhom kważi l-istess età u kibru flimkien. Wara l-elezzjoni tal-2008 kien ħadu miegħu fis-segretarjat.
Antoine Calleja, dam jaħdem ma’ Jason Azzopardi minn Marzu 2008 sa Lulju 2008, meta mara lura jaħdem il-Bank Ċentrali ta’ Malta fejn kien qabel mar fis-segretarjat ta’ Jason Azzopardi.
Calleja, dam jaħdem il-Bank Ċentrali sa Novembru 2009, meta imbgħad irreżenja biex jmur jaħdem l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali – liema uffiċċju għandu funzjoni kostituzzjonali u awtonoma – liema kariga għadu jżomm sal-lum il-ġurnata, bid-differenza li f’Diċemrbu 2013 ingħata promozzjoni għall-Principal Auditor.
Dan l-uffiċċju jkollu informazzjoni sensittiva fuq investigazzjonijiet li jkunu għaddejin.
Comments