top of page

IpokrezijaPN: “ħaqqu daqqa ta’ ponn” għax in-Nazzjonalisti għandhom ħajja privata

Archive
Jun 1, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fejn tidħol il-ħajja tal-politiċi Nazzjonalisti m’għandux ikun hemm indħil. Għax dawk għandhom ħajja privata, tal-Labour m’għandhomx! Ara fuq esponenti tal-Labour u wliedhom li m’għandhomx x’jaqsmu xejn, ma jaraw xejn ħażin li jidħlu fil-ħajja privata tagħhom.

Meta l-Labour kien fl-Oppożizzjoni kien jinteressahom għax kien partit qed jistenna li jkun fil-gvern u llum għax qiegħed fil-gvern. Iridu ikunu jafu x’jagħmlu, fejn imorru, x’jieklu u fejn imorru jieklu, x’inhuma l-interessi tagħhom u ma min jagħmluha, iridu jkunu jafu kollox.

U għan-Nazzjonalisti bil-kontra, qabel kienu fil-gvern u allura wieħed ma setax jgħid fuq membri tal-gvern u llum qegħdin fl-Oppożizzjoni u m’għandhomx x’jaqsmu u mhux sew “dak Glenn ħaqqu daqqa ta’ ponn” qalet waħda Nazzjonalista fuq Facebook waqt li tkażat bir-ritratt tal-Kap tal-PN għar-kobbtejh il-Knisja.

Mela bħal din ma tara xejn ħażin li nċappsu mal-erbat irjieħ ta’ Malta fejn imur jiekol il-Prim Ministru mal-familja tiegħu, imma ġaditha bi kbira għax wara li xeba’ jgħajjar nies fuq ir-radio, Simon Busuttil baqa’ sejjer il-knisja.

Dawn it-tliet kummenti huma farka żgħira ta’ dak kollu li qed jinkiteb bħalissa kontra l-Labour mis-supporters tal-PN.

Kif tista’ ma tiktibx?

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page