top of page

IpokrezijaPN: Jitkellem dwar theddid fuq ħaddiema ġimgħa wara li keċċew Pulizija mill-Parlament għax kiteb fuq Facebook

Archive
Jun 1, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina ma jafx jistħi. Fil-jiem li għaddew tkellem fil-Parlament u qal li ħaddiema taċ-ċivil qed ikunu mhedda għax jiktbu kontra l-gvern fuq il-Facebook.

Dan id-diskors intqal fil-Parlament ġimgħa wara li l-Oppożizzjoni bdiet thedded lill-Ispeaker li jekk ma kienx se jkeċċi Surġent tal-Pulizija mill-Parlament wara li kiteb fuq Facebook li Chris Fearne kaxkar li Claudette Buttigieg waqt dibattitu fuq it-tv!

U issa qed jgħid li dan il-gvern qed jhedded lill-ħaddiema għax jiktbu kontra l-gvern fuq il-Facebook, ara fi żmienu, il-ħaddiema kienu jkunu mhedda jekk ma jobdux l-ordnijiet biex imorru jaħdmu fil-każini tal-PN. Bezzina innifsu kien jibgħathom jaħdmu u jekk ma jmorrux kienu jibżgħu li jbagħtu l-konsegwenzi.

Hekk irriżulta mill-inkjesta li kienet saret, li l-ħaddiema kienu jibżgħu minn vendikazzjonijiet kontihom.

Dawn huma siltiet mill-konklużjonijiet tal-inkjesta li kienet saret.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page