IpokrezijaPN: Kritika ħarxa lil ġudikatura minn David Thake, silenzju mill-Kamra tal-Avukati
Updated: Sep 21
Għaddew jumejn minn meta l-protavuċi tal-PN u kandidat David Thake attakka deċiżjoni tal-ġudikatura. Eżattament żewġ deċiżjonijiet tal-ġudikatura. Ħadd ma tkellem u tkaża.
Il-Kamra tal-Avukati għadha ma talbitx lil Simon Busuttil jikkundanna dan l-attakk, li m’huwiex kumment sarkastiku fuq deċiżjoni tal-Qorti, imma opinjoni ċara u tonda li mhux jaqbel ma’ żewġ deċiżjonijiet li tat il-Qorti.
Bil-kejl tal-PN u l-Kamra tal-Avukati ħadd ma jista’ jikkritika sentenza li tkun tat il-Qorti. George Hyzler baqa’ ħalqu magħluq. L-Avukat Ċensu Galea ma tkażax bil-kritika ta’ David Thake.
Il-Kamra tal-Avukati tagħżel lil min tikkundanna.
Comments