IpokrezijaPN: Minn 100 kuntratt li ngħataw mill-MITA fi żmien Claudio Grech, 80 kienu direct orders
Updated: Sep 21
Simon Busuttil jilgħabha ta’ xi persuna li għadu kif tfaċċa l-bierah fix-xena politika lokali. Għal darb’oħra tipikament Mr Double Standards. Dan iżda mhux biss mhux minnu għaliex Busuttil ilu snin sħaħ jahdem fil-PN f’kariga waħda ogħla mill-oħra, iżda fl-istess ħin illum jiġru ma’ saqajh għandu ħafna persons of trust ta’ żmien Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi li jikkonfermaw li l-PN tal-lum huwa miżgħud b’nies tal-PN tal-bieraħ u tal-bieraħt lura.
Minn dawn il-persons of trust ta’ żmien Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi, hemm minnhom saħansitra anki fil-Grupp Parlamentari ta’ Busuttil. Wiehed minnhom huwa Claudio Grech. Dan ieħor jilgħabha tal-ġdid fjamant meta ilu snin iħuf fiċ-ċrieki tal-PN.
Fil-fatt Grech għamel snin sħaħ jaħdem bħala person of trust ma’ Austin imhatri Gatt, fejn kien anki l-Kap tas-Segretarjat privat tiegħu.
Dan anki jekk ftit tas-snin qabel il-Qorti kienet sabet lil Claudio Grech ħati li ffalsifika karta tal-identità tal-pulizija.
Wara li ma baqax ma’Austin Gatt, l-istess Gatt għażel lil Claudio Grech biex jibda jmexxi l-MITA. Taħsbu li Simon Busuttil għamel il-frattrija li qed jagħmel illum fuq il-persons of trust? Lanqas xejn.
Bħala chairman tal-MITA Grech tħallas mas-€60,000. Fl-istess ħn il-MITA ħallset €25,000 f’kiri ta’ karozzi għalih u l-ispiża fuq il-fuel għal dawn il-karozzi kienet ta’ €6,000.
Imma Claudio Grech seta. għaliex minħabba li kien jaħdem ma’Austin imħatri Gatt mingħajr ebda dubju, li għandu DNA specjali.
Tant għandu DNA speċjali li taħtu l-MITA tat mal-miljun ewro f’konsulenzi permezz ta’ direct orders. Anki dwar dan Simon Busuttil ma lissinx kelma waħda. Ara kieku jiġri l-istess illum kemm kien jibda jara skandli u jitlob riżenji u investigazzjonijiet!
Minn 100 kuntratt ta’ konsulenza li l-MITA tat taħt Grech, 80 ingħataw permezz ta’ direct order.
U għaġeb tal-għeġubijiet fost dawk li ingħataw kuntratti permezz ta’ direct orders mill-MITA fi żmien Claudio Grech, kien hemm Andrew DNA speċjali Borg Cardona u d-ditta legali Fenech & Fenech ta’ Anne dnubiet tal-abbatini Fenech.
L-aqwa li fil-vena tad-double standards ta’ Simon Busuttil, Claudio Grech minn wara l-aħħar elezzjoni ġenerali bħala Deputat tal-Oppozizzjoni, għamel ħafna mistoqsijiet parlamentari dwar id-direct orders u l-persons of trusts.
Subgħajh dritt l-Onor!
Comments