top of page

IpokrezijaPN: Simon Busuttil kellu miegħu 17-il person of trust u ma kienx Ministru

Archive
Jun 15, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Illum Simon Busuttil il-ħin kollu jitkaża għax il-gvern jimpjega miegħu persons of trusts. Jiġifieri persuni li jkollu fiduċja fihom u li ma jkunux impjegati taċ-ċivil iżda jaqdu funzjoni politika. Din il-kelma illum saret dawgħa kbira, imma fi żmien li Simon Busuttil kien imexxi l-MIC, l-istorja kienet mod ieħor u dan anqas kien Ministru!

Meta kien imexxi l-Ċentru tal-Informazzjoni Malta u l-Unjoni Ewropea qabel pajjiżna sar stat membru, Simon Busuttil kien impjegat 17-il persuna fuq bażi ta’ fiduċja, persons of trust.

Kellu 2 administration assistants, 6 support officers, 4 media officers u 5 research analysts. Possibbli ma sab lil ħadd tajjeb miċ-ċivil? kellu jdaħħal dawk in-nies kollha? li m’għandnix xi ngħidu lkoll kienu Nazzjonalisti.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page