top of page

IpokrezijaPN: Simon Double Standards Busuttil imdawwar b’persons of trust ta’ Gonzi

Archive
Jun 11, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Ftit tax-xhur ilu Simon Busuttil intalab jagħżel zewġ rapprezentanti tal-PN għal fuq l-Awtorita tax-Xandir. Bil-kejl tal-ħafna kliem sabiħ tiegħu, wieħed kien jistenna li Busuttil kien se jinnomina żewġ persuni ġodda fjamanti li qatt ma ħadmu fil-PN. Mhux hekk ilu jgħid ! Li fetaħ il-bibien berah biex jingħaqad miegħu nies ġodda li qatt qabel ma resqu lejn il-PN !

Ghal darba’oħra imma Simon Busutill regġa’ kkonferma kemm huwa biss Mr Double Standards. Għaliex fuq l-Awtorita tax-Xandir il-Kap tal-PN poġġa tnejn mill-ikbar ħbieb tiegħu li ilhom snin sħaħ jiġru fiċ-ċrieki tal-PN. X’għidt Simon, meritokrazija?

Imma Simon jista jippriedka mod u jagħmel l-oppost. Huwa jista jaħdem bil-ħbieb. Ħaddiehor imma le !

Il-magħżulin ta’ Simon Busuttil fl-Awtorita tax-Xandir kienu l-avukat Peter Fenech u Chris Scicluna, tnejn li għal snin sħaħ, taht gvernijiet differenti Nazzjonalisti kienu

persons of trust

tal-qalba, u tnejn minn dawk li l-iktar li ħadmu biex Busuttil innifsu sar Kap tal-PN. Lill-avukat Peter Fenech ħafna jafuh biżżejjed. Lil Chris Scicluna iżda forsi mhux daqstant.

Scicluna huwa magħruf għal kemm huwa qrib ta’ Busuttil u ta’ Kristina. Meqjus bħala wieħed mill-konsulenti tiegħu. Anki jekk b’kull rispett lejh, il-pariri li qed jagħti lill-Kap tal-PN qed ikomplu jdaħħluh ġo ħajt. Dak imma jarah Busuttil ! Qabel ma poġġih fuq l-Awtorita tax-Xandir, Busuttil kien diġa’ għażel lil Scicluna bħala membru ta’ Kummissjoni li waqqaf biex tanalizza l-finanzi tal-PN.

Scicuna beda l-karriera tiegħu bħala ġurnalist u producer ma’ NET TV fl-1999. Sal-2001 kien inħatar Kap tal-operat ta’ NET TV. Wara ħames snin jaħdem mal-istazzjon televiziv tal-PN ingħata kuntratt ta’ xogħol bħala

person of trust

fis-Segretarjat Privat fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, fil-kariga ta’ ufficjali tal-komunikazzjoni. Ovvjament Simon Busuttil dak iż-żmien kellu wisq x’jagħmel fi Brussels u imkien ma ħareġ jgħajjat li dan kien skandlu li impjegat tal-media tal-PN spiċċa jaħdem ma’ Ministru bħala

person of trust

.

U mhux hekk biss. Waqt li kien jokkupa din il-kariga politika fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, inħatar bħala

media director

għaċ-CHOGM tal-2005. U ftit tal-ġimgħat biss qabel kien elett bħala Segretarju Ġenerali tal-Moviment taż-Żghażagħ tal-PN. Ħallata ballata.

Ara kieku llum Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi kemm jagħmlu konferenzi tal-aħbarijiet quddiem Kastilja!

U kemm jintalbu riżenji! Imma dak iż-żmien kulħadd bela ilsienu. Double Standards

Imma dan mhux kollox. Wara li ma baqax jaħdem fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, gvern Nazzjonalista ta lil Scicluna job ieħor ta’

person of trust

bħala konsulent fuq ir-relazzonijiet pubbliċi mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Medici. Dak iz-zmien kien se jinfetah Mater Dei u riedu lil xi hadd biex jorganizza kampanja ta’

propaganda

dwar kemm kien suppost kie gie sabih il-bini (b’konkos tal-qamel) anki jekk is-servizz mill-hazin spicca mar ghall-aghar. U maljar sabu lill-eks gurnalist tan-Net TV.

Imbghad qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali l-eks ġurnalist tan-Net TV u ħabib ta’ Simon Busuttil, is-sur Chris Scicluna reġa’ intgħażel biex imexxi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fuq ir-radju tal-PBS, fejn mhux darba u tnejn ma qagħdx jaħbi l-antipatija tiegħu kontra l-Partit Laburista. Imma dak seta għax bid-DNA ta’ Nazzjonalist.

L-aqwa li Simon Busuttil moħħu biex jagħti t-tagħlimiet dwar il-governanza, fl-istess ħin li jinsab imdawwar b’armata ta’

persons of trust

ta’ GonziPN u qabel. Kif jgħidu l-lupu jibdel sufu izda mhux għemilu

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page