top of page

Ir-rappreżentant tal-UĦM fuq it-Tribunal Industrijali mar jipprotesta

Archive
May 9, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Dak li hemm jitkellem mal-ex Segretarju Ġenerali tal-UĦM u kandidat Nazzjonalista Gejtu Vella huwa wkoll uffiċjal tal-UĦM, Joe Borg li bħal Gejtu Vella huwa mill-Ħamrun. Joe Borg kien segretarju part-time tal-UĦM għall-gradi dipartimentali.

Qaluli li ma tantx qata’ blat u qatt ma għamel differenza imma xorta tawh Ġieħ ir-Repubblika> Kieku mhux għax Nazzjonalisti kbir, ma kienx hemm għalfejn jieħu l-ogħla unur tal-istat Malti.

Illum Borg huwa irtirat iżda għadu jrid jibla’. Il-UĦM poġġietu fuq it-Tribunal Industrijali.

Ma nimmaġinax li kienet għaddejja xi diskursata interessanti bejnu u Gejtu Vella għalkemm qed jidher qed itih xi parir u Gejtu jisma’ attentament. Jekk qagħad fuq il-pariri tiegħu qabel l-elezzjoni, nafu għalfejn Gejtu Vella ma nġabarx.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page