top of page

Ir-rettur għandu jieħu passi dwar Commodini Cachia qabel jitlaq

Archive
Apr 22, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Juanito Camilleri se jispiċċa minn Rettur tal-Universita f’Lulju li ġej. Qabel jitlaq, għandu jieħu passi dwar Therese Commodini Cachia. Xi xhur ilu kien bgħat ċirkolari lil kapijiet tad-Dipartimenti tal-Universita fejn għarrafhom li kien se jkun iebes fuq l-engagement ta’ staff.

Qalilhom li kull proposta biex ikun impjegat lecturer irid ikollha l-approvazzjoni tal-uffiċċju tiegħu. Xejn ħażin. Imma mbagħad ma jistax iħalli oxxenitajiet bħal ta’ Therese Commodini Cachia għaddejjin.

Għalhekk qabel jitlaq għandu jara li jieħu passi. Wara kollox, ix-Shadow Minister Nazzjonalista tħallset l-ammont sħiġ dovut lilha mill-Universita’ u tat lura 40% tal-ħin li suppost għamlet tgħallem.

Jekk Juanito Camilleri ma jieħux passi hu, allura l-management il-ġdid tal-Universita għandu jara li l-affarijiet isiru sew. Wara Camilleri, li kien ikkontesta l-elezzjoni mal-PN, ir-rettur il-ġdid se jkun iol-Professur Alfred Vella.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page