Irid jitlaq u jaħdem mal-gvern, il-portavuċi ta’ Busuttil ma jemmnux li l-gvern “korrott”
Updated: Sep 21
Waqt li jikteb l-istqarrijiet u jara d-diskorsi ta’ Simon Busuttil li fih jgħajjar b’kull mod lil dan il-gvern korrott, ġimgħa ilu ħarġet l-aħbar li Matthew Bonett, il-Kap tal-Uffiċċju Informazzjoni tal-PN u portavuċi ta’ Simon Busuttil irid jitlaq mill-istamperija.
Daqshekk għandu fiduċja fil-PN! Fi żmien meta suppost il-partit qiegħed iggerjat biex jidħol għal sfida elettorali oħra fi żmien sentejn, Bonett qed jaħseb għal rasu u qed jara li mal-gvern jista’ jkollu karriera.
Informazzjoni li kompliet toħroġ dwar dan tindika li Matthew Bonett applika biex jidħol jaħdem ma’ entita governattiva fil-qasam Ewropew.
Nhar il-Ħadd li għadda ċaħad li ried jitlaq mill-PN imma ma qalx il-verità. Jekk jasal ma jgħidx il-verita fuqu nnfisu kif jista’ jitwemmen meta jikteb l-istqarrijiet ta’ Simon Busuttil?
Il-Kelliem tal-Kap tal-Oppożizzjoni stess qed iwaqqa’ kliem Simon Busuttil meta waqt li għaddejja kampanja qalila kontra l-gvern, Matthew Bonett japplika biex jaħdem ma’ entita governattiva.
Jekk il-portavuċi tiegħu aqqas qed jemmnu, kif jista’ jemmnu l-poplu Malti?
Tant hu hekk li stħarriġ wieħed wara l-ieħor, anke fl-eqqel ta’ din il-kampanja politika qalila kontra l-Prim Ministru, Joseph Muscat jibqa’ dejjem fdat aktar minn Simon Busuttil.
Comments