Is-soċjeta ċivili kienet tiffinanzja l-konsulenza ta’ Gejtu Vella
Updated: Sep 21
Ma setax jonqos li mas-soċjeta ċivili jkun hemm Gejtu Vella biex jipprotesta. Is-soċjeta ċivili kienet tiffinanzja l-konsulenza tal-ex segretarju ġenerali tal-UĦM wara li temm il-karriera trejdjunjonistika tiegħu u daħal fil-politika. Naturalment mal-PN.
Wara li spiċċa minn segretarju ġenerali tal-PN, Gejtu Vella inħatar konsulent, fuq bażi ta’ person of trust fil-Ministeru tas-Saħħa taħt Joe Cassar, li llum rreżenja kompletament mill-politika.
Gejtu Vella ħareġ għall-elezzjoni mal-PN fuq l-ewwel distrett u ma nġabarx iżda għadu jimmilita fil-PN billi jieħu sehem fi programmi ta’ diskussjoni u jikteb kontra l-Labour fil-gazzetti. Insomma, jiktbuhomlu, jien hekk infurmat u ġieli wkoll jitkeb fuq il-meritokrazija.
Issa l-mara tiegħu taħdem l-uffiċċju tal-awditur ġenerali fejn hemm ukoll in-neputija ta’ Żeppi l-Ħafi ex bodyguard ta’ Fenech Adami, bint Godwin Grima ex kap taċ-ċivil fi żmien Gonzi u ma ex membru tas-segretarjat tal-ex Ministru Jason Azzopardi.
Zgur mhux se tagħmel f’qalbha fejn qegħda. Mbagħad jeħduha kontra MIchael Falzon li fl-istess sentenza jħallat il-motivazzjoni politika mar-rapporti tal-uffiċċju tal-awditur ġenerali.
Tista’ ma taqbilx magħna imma tista’ taħdem magħna u viva l-indipendenza tal-NAO.
Comments