top of page

Issa nafu għaliex crew Svediż kien ġie Malta jistaqsi għal Tonio Fenech, ironikament waqt li Simon kien qed jitkellem fuq it-trasparenza

Archive
Jun 7, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fil-25 ta’ April li għadda quddiem il-Parlament kien hemm crew ta’ ġurnalisti Svediżi jistqsi għal Tonio Fenech. Illum nafu li l-ġurnalista kienet Sara Recabarren u x’kienet qed tagħmel hawn Malta tistaqsi għal Tonio Fenech.

Kienet qed tinvestiga allegazzjonijiet ta’ frodi internazzjonali b’konnessjonijiet ma’ fond, Falcon Fund li fih hemm involut ukoll Tonio Fenech bħala direttur.

Recabarren li llejla se tkun intervistata esklussivament fuq One News tgħid li Tonio Fenech għandu ħafna xi jwieġeb dwar il-għala il-kumpanija Konsumenkraft kienet tuża il-Falcon Fund għall-operazzjonijiet frodulenti tagħha.

Ironikament, waqt li l-Isvediżi kienu qed jistennew lil Tonio Fenech biex jintervistawh barra l-Parlament, fil-bini tal-Parlament kienet għaddejja konferenza tal-aħbarijiet mil-Kap tal-Oppożizzjoni fejn Simon Busuttil kien qed jitkellem fuq it-trasparenza u l-governanza tajba.

Fix-xhur li għaddew Simon Busuttil kien qal li jekk jissuspetta li xi Deputat tiegħu għamel xi ħaġa ħażina ikeċċih f’minuta.

Mhux ta’ b’xejn li l-poplu Malti m’huwiex jieħdu bis-serjeta.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page