top of page

It-taxpayer iħallsu biex jaħdem id-Dar Ċentrali

Archive
Feb 25, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-PN qed jagħmel użu mis-servizzi ta’ Clyde Puli bħala Message Coordinator fl-uffiċċju informazzjoni tal-PN. Sorsi fil-PN jgħidu li din hija kariga mhux uffiċjali li Clyde Puli ingħata wara deċiżjoni li ttieħdet fil-laqgħat tat-tmexxija li jsiru kull nhar ta’ Tnejn fil-għodu.

Il-PN tefa’ għajnejh fuq id-Deputat tas-Sitt Distrett wara li Karol Aquilina irrifjuta dik il-pożizzjoni biex jikkonċentra fuq l-elezzjoni tiegħu u ma jidħolx responsabbli għal dak li jgħid Simon Busuttil.

Clyde Puli għandu esperjenza fil-komunikazzjoni u ġieli ħadem ukoll fil-media tal-PN. Għal dan ir-rwol mhux qed jitħallas mill-PN iżda mill-flus tat-taxpayer. Puli huwa impjegat tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Medici bħala PR Manager imma ma jidħolx għax-xogħol.

Dan mhux għandu blog … dan ma jidħolx għax-xogħol ma’ entita governattiva u minflok imur jaħdem mid-Dar Ċentrali fuq il-messaġġ politiku tal-PN li m’hu qed jaraw xejn ħażin li f’dan il-każ jużaw il-flus tat-taxpayer kif jaqbel lilhom.

Ħadd mill-kummentaturi dwar il-politika Maltija ma jara xejn ħażin li l-PN juża l-flus tat-taxpayer biex jikkordina l-messaġġ politiku, bħalma ma jaraw xejn ħażin li impjegat tal-gvern ikollu blog kontra l-Prim Ministru u kontra l-gvern.

Sa issa ħadd minn naħa tal-PN ma ċaħad ir-rapporti li dehru f’dan il-blog u fil-media li Clyde Puli daħal jikkordina l-messaġġ politiku tal-PN.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page