It-tieni cyber attack fuq din il-website fi ftit jiem
Updated: Sep 21
Għal sagħtejn sħaħ wara nofs in-nhar din il-website kienet down minħabba cyber attack ieħor. Xi ħadd mhux qed tgħoġbu u nifhem għaliex. Fix-xahar li ilha miftuħa kellna diversi stejjer, artikli w opinjonijiet li dejqu sezzjoni partikolari ta’ nies għaliex ma kienux mdorrija b’din it-tip ta’ kritika indirizzata lejhom.
Kienu komdi jiddieħku, jgħajru, jidħlu personali u jattakkaw bl-aktar mod viljakk lil kull persuna u jew qraba li b’xi mod jista’ jkollha direttament jew indirettament mal-gvern jew mal-Partit Laburista. Kemm jekk twila, qasira, ħoxna, kerha, sabiħa … min mhux magħhom jaqlagħha dejjem u l-vili jgħidu li ma jridux attakki personali meta huma nfushom mill-kbir sal-iżgħar wieħed fosthom, iffaċjati bil-kritika ħlief tgħajjir ma joħrogx minn ħalqhom.
Mbaħad għax niġbed l-attenzjoni, bħalma ġara llum wara li kien hemm min wara kollox għajjarna “ġrieden” qisha waqgħet id-dinja.
Wara 25 sena fil-gvern għadhom ma jistgħux iniżżluha li llum qiegħdin fl-Oppożizzjoni, għalkemm diġa’ qed jitkellmu bl-arroganza li kienu jitkellmu biha meta kienu fil-gvern fl-aħħar leġislatura u donnhom għamluha fatta li sentejn oħra se jkunu fil-gvern.
Ġa bdew ikunu arroganti issa, aħseb u ara jekk jerġgħu jiksbu l-poter f’idejhom.
Comments