top of page

It-Times Talk ħa jkun sewa kważi kwart ta’ miljun mit-taxxi tagħna u Caroline Muscat tistgħaġeb bil-Eurovision

Archive
May 14, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Ġaladarba Caroline Muscat għoġobha żżeffen fin-nofs l-infieq tat-taxpayer mill-PBS dwar il-Eurovision, li rridu ngħidu li minnu Malta tgawdi reklamar internazzjonali, ejja naraw kemm l-istess taxpayer qiegħed iħallas biex jara Times Talk.

Fl-aħħar tliet skedi ħa jkun sewa kważi kwart ta’ miljun ewro lil poplu Malti. Bħalma bgħatet mistoqsijiet lil PBS dwar kemm intnefqu fuq il-Eurovision, setgħet bgħatet ukoll għamlet mistoqsijiet dwar kemm jiswa Times Talk.

Iżda ma naħsibx li se tasal s’hawn, avolja ma jiddejqu xejn jerdgħu minn fuq dahar it-taxxi tan-nies. Minn din l-iskeda, Times Talka jiswa’ €4,800 kull xahar. Jiġifieri t-taxpayer li Muscat għandha tant għal qalbha qed iħallas €1,200 għal kull programm.

Din l-ispiża tnaqqset minn dan l-istaġun għaliex sa l-iskeda li għaddiet Times Talk kien jiswa €6,000 kull xahar. It-tax payer kien qed joħroġ €1,500 għal kull programm.

Dan l-ammont kien rivedut għaliex milli jidher sa ftit taż-żmien ilu kienu jieħdu ħafna iktar minn hekk. Imma inzerta li għaliex din is-sena hawn iktar attenzjoni fuq Ira Losco u l-Eurovision, ma ddejqux jagħmlu storja lejlet il-festival biex joħolqu kontroversja dwar il-budget tal-PBS għal Eurovision u jridu jkunu jafu minn hemm magħha, fejn qed joqgħodu, kemm tħallsu, x’per diem allowance għandhom u affarijiet oħra.

Dan kollu qed jinqala’ din is-sena. Ma tridx tkun professur biex tinduna x’hemm wara storja bħal din u għaliex dawn l-istejjer qed jinqalgħu issa.

Iżda donnu li kellhom reazzjoni negattiva għall-attakk ta’ Caroline Muscat fuq Ira Losco li l-bieraħ li kien main story fil-ħarġa tat-Times. Dalgħodu ppruvaw ibenġluha b’artiklu dwar meta Ira Losco fl-2002 kienet viċin li tirbaħ l-edizzjoni tal-Eurovision ta’ dik is-sena.

Allura il-flus li nħallsu għal Times Talk mhux l-istess taxpayer qed iħallashom? Jew għal Caroline Muscat tat-Times tagħmel differenza fejn ikunu sejrin il-flus tat-taxpayer?

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page