It’s the trust, stupid u Simon m’għandux kredibbilta
Updated: Sep 21
Frażi misruqa mid-diskors ta’ Simon Busuttil li kkopja mingħand Bill Clinton meta fl-1992 kien qal lil George Bush waqt dibattitu presidenzjali, It’s the economy, stupid.
Minkejja x-xenati kollha li qed jagħmel Simon Busuttil fuq il-media tiegħu, fit-toroq, fil-Parlament u kull fejn ikun, kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika li jsir juri li l-poplu Malti għandu ħafna iktar fiduċja fil-Prim Ministru milli fih.
Fil-fixkla u d-dagħdiha li kellu l-bieraħ waqt id-dibattitu Parlamentari, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li huwa kellu l-istess pjan tal-enerġija, matul l-aħħar leġislatura, li qed idaħħal u jimplementa dan il-Gvern illum.
Din id-dikjrazzjoni tfisser li minkejja li Simon Busutil seta’ raħħas il-kontijiet, huwa għażel biex ma jagħmlux minflok baqa’ għaddej bl-ogħla kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-istorja li kienu ta’ piż kbir fuq il-familji u n-negozji.
Busuttil għażel li jibqa’ għaddej bix-xiri taż-żejt, l-aktar fjuwil li jħammeġ flok il-gass, u dan filwaqt li kien għaddej l-ikbar skandlu mill-Indipendenza ‘l hawn, dak tal-
commissions
fuq ix-xiri taż-żejt.
Għalfejn il-Kap tal-Oppożizzjoni ma tax każ dan il-pjan jekk dejjem kellu? Għalfejn għażel li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jibqgħu l-ogħla fl-Ewropa?.
Simon Busuttil mhu jemmnu ħadd għax m’għandux nitfa ta’ kredibiltà.
Comments