top of page

Ivan Bartolo: Il-mannara u l-gass tad-dmugħ huma l-arma ta’ dan il-gvern

Archive
Jun 2, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Wara li tkeċċa mis-Seminarju u dar kull stazzjon televiżiv, Ivan Bartolo illum qiegħed mal-PN biex jgħinhom jiġbru l-flus u jeżaġeraw ħalli jaraw kif se jiġbru xi ħaġa. U qed jeżaġeraw xi ħaġa ta!

Il-ħin kollu sejrin li id-demokrazija hija mhedda, qegħdin jgħalqulna ħalqna, għandna ċirkostanzi straordinarji, nħossuna mhedda u qrid ieħor ta’ din ix-xorta.

Issa, żgur li ħadd mill-Partit Laburista ma jrid jgħalaq ħalq il-PN. Ma tarax hux se nagħlqu ħalq Claudette Buttigieg jew Simon Busuttil! Iktar ma jitkellmu iktar jitilfu l-kredibbilta.

Is-sabiħa hi li l-programm tal-ġbir ta’ fondi biex jgħidulna li mhux qed jibżgħu mill-Labour u li jridu jiġġieldu t-theddida għad-demokrazija qed ikun ippreżentat minn impjegat tal-gvern, Norman Vella u minn Fabian Demicoli li ħuh kien u għadu jaħdem mal-PBS.

Mbagħad ġie l-aħħar akkwist tal-PN, Ivan Bartolo, kandidat ġdid, li qal li l-arma ta’ dan il-gvern hija l-mannara u l-gass tad-dmugħ.

Dan fejn raha l-mannara meta sentejn ilu daħal jaħdem bħala job coach mal-ETC? U fejn rah il-gass tad-dmugħ?

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page