Ix-xita li għamlet illum salvat lil Roderick Galdes
Updated: Sep 21
Il-PN kien wasal f’punt li jitlob għar-riżenj tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Biedja u Sajd Roderick Galdes minħabba n-nuqqas ta’ xita fuq Malta f’dan l-istaġun.
Dan il-gvern irnexxilu jbiddel ir-rotta f’ħafna oqsma, iżda għadu ma sabx mezz ta’ kif jista’ jikkontrolla t-temp u għalhekk il-PN beda jieħu vantaġġ minn din is-sitwazzjoni u kien wasal f’fażi fejn se jitlob ir-riżenja ta’ Roderick Galdes.
Jekk Galdes ma jirriżenjax, il-Prim Ministru għandu jkeċċiħ kienu qed jgħidu tal-PN. Għax il-fatt li m’għamlitx xita huwa tort ta’ Joseph Muscat u l-gvern tiegħu.
Comments