Jaqta’ daqs mus tal-leħja!
Updated: Sep 21
Bħal-llum tliet snin Lawrence Gonzi kien qal lin-Nazzjonalisti miġbura fuq il-Fossos tal-Furjana “Nhar is-Sibt immorru nivvutaw u l-Ħadd noħorġu niċċelebraw”.
Dak il-mass meeting kien ukoll indirizzat minn Simon Busuttil li kien jaf li se jitilfu l-elezzjoni tant li kien qal lil dan il-kuntrattur Għawdxi li tqabbad jagħmel xogħol fil-privat għal voti mir-raħel ta’ Giovanna Debono, “Għalfejn bqajt għaddej bix-xogħol la kont taf li se nitilfu l-elezzjoni!”.
Dak in-nhar ukoll il-mass meeting kien indirizzat minn Eddie Fenech Adami li xorta ma irnexxilux idawwar ir-riżultat elettorali.
Illum qed jerġgħu jinqdew bl-Ex Kap, Ex Prim Ministru u Ex President biex joħorġu lin-nies fit-toroq, u xorta ma rnexxilhomx.
Comments