top of page

Jekk kumpanija fil-Panama m’hijiex illegali, x’mar jagħmel jipprotesta?

Archive
May 13, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Tiskanta, imma wara li attenda tliet protesti kontra l-gvern, il-konsulent ta’ kollox Noel Buttigieg Scicluna qal li ma fiha xejn ħażin kumpanija fil-Panama għax m’hijiex illegali. Bħalma qal Simon Busuttil, Noel Buttigieg Scicluna qal ukoll li min jgħin jiftaħ kumpaniji fil-Panama u tax havens oħra bħal BVI jkun qiegħed jaqdi dmiru.

Noel Buttigieg Scicluna kien qed jieħu sehem fil-programm Arena fuq One TV flimkien mal-Avukat Edward Gatt u l-ġurnalista Saviour Balzan.

Minn mindu bdew jissemmew l-ismijiet tan-Nazzjonalisti kollha nvoluti fil-Panama, id-diska nbidlet. Noel Buttigieg Scicluna stess għamel żmien jagħti konsulenza lil kumpanija EMD li hija l-aktar kumpanija Maltija li għandha xogħol fil-Panama u l-BVI.

Fil-fatt tirrappreżenta 72 kumpanija oħra li l-benefiċjarji tagħhom ma nafux min huma.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page