Jgħidu mod u jagħmlu ieħor
Updated: Sep 21
Tipikament Nazzjonalisti. Meta jkun hemm il-Labour fil-gvern jinsew l-interess nazzjonali u jaħdmu għal dak li jkun jaqbel lilhom, kontra l-interessi ta’ Malta. Id-Deputati Parlamentari tal-PN David Casa u Roberta Metsola laqqgħu lil Toni Abela ma’ xi Deputati Parlamentari Ewropej iżda nies midħla tal-PN kienu qed jaħdmu minn wara dahru biex ifixklu.
Setgħu ma ħadux il-briga biex taparsi qed jaħdmu għalih meta fil-fatt kienu qed jagħmlu bil-kontra ta’ dak li kienu qed jgħidu.
Politico kixfet x’kienu l-intenzjonijiet tal-PN meta kellhom f’idejhom dossier miġbur minn nies tal-PN f’istituzzjonijiet Ewropej b’sensiela ta’ allegazzjonijiet dwar Toni Abela. Id-dossier kien ukoll f’idejn Membri Parlamentari Ewropej, mqassam mill-istess nies li kienu qed ixewxu kontra l-kandidat Malti għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Il-PN ħadu gost b’dak li għamlu lill-ex Deputat Mexxej tal-Labour Party tant li fl-istqarrija tagħhom wara l-vot, mkien ma qalu li jiddispjaċihom għal Toni Abela, anzi qalu li tort tiegħu u ta’ Joseph Muscat. Toni Abela huwa politiku integru u dan ma jista’ jiċħdu ħadd.
Il-ħsara la saret lil Toni Abela u aqqas lil Partit Laburista, il-ħsara saret lil Malta u n-Nazzjonalisti kuntenti. Imma dawn x’jimpurtahom? Meta jkun hemm il-Labour fil-gvern jistħu jgħidu li huma Maltin u jaraw kif jagħmlu biex ifixklu bħalma kienu jagħmlu fis-snin tmenin meta kienu jħejju dossiers kontra Malta biex inaffru l-investiment.
Bħalma għamlu il-ġimgħa li għaddiet fuq ġurnali barranin wara li saret il-protesta. Bħalma għamlu meta l-gvern introduċa l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, bħalma għamlu meta allegaw korruzzjoni fil-ħruġ ta’ Visas mill-Alġerija, u bħalma se jibqgħu jagħmlu sakemm il-Labour ikun fil-gvern.
Comments