top of page

Jgħoxa bil-ħsara u bil-protesti biex iwaqqa’ l-gvern

Archive
May 5, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Il-ħsara li ssir lil pajjiżna u l-protesti sar jgħoxa bihom. Għall-PN qishom l-ordni tal-ġurnata u meta jkunu fl-Oppożizzjoni, flok jaċċettaw il-verdett tal-poplu u jipprteċipaw fil-proċess demokratiku tal-pajjiż bħala Oppożizzjoni, jaraw kif jagħmlu ħalli jippruvaw iwaqqgħu il-gvern. Fl-1998 kien irnexxilhom.

Illum qed jerġgħu jaħdmu f’Malta u barra biex iwaqqgħu il-gvern li għandu maġġoranza soda u b’saħħitha. il-PN jgħoxa meta jisma’ min jgħid kontra Malta, jgħoxa b’aħbarijiet ħżiena dwar Malta u bil-protesti.

Għalhekk wara l-fjask ta’ żewġ protesti li għamel hu stess, Simon Busuttil se jmur jittanta xortih jipprotesta ma’ dawk li jgħidu li jirrappreżentaw lis-soċjeta ċivili, mmexxija minn Michael Briguglio, li kien imexxi l-AD sa qabel l-elezzjoni li għaddiet.

Dawn huma l-istess nies li pprotestaw kontra bini ODZ f’Wied il-Għajn, qed jipprotestaw kontra żvilupp ta’ ODZ f’Wied Għomor, iżda ma raw xejn ħażin li Beppe Fenech Adami ġie jaqa’ u jqum mil-liġi u bena palazz fil-Għargħur bi ksur ta’ liġijiet ambjentali u parti minnu b’landscaping fuq art li hija ODZ.

Għalhekk ma tkunx ħaġa kbira li Beppe Fenech Adami jingħaqad ma’ Simon Busuttil għal protesta ta’ nhar is-Sibt.

Ftit taż-żmien ilu kienu qed jgħidu li bil-protesti li se jagħmlu mhux se jħallu lill-Labour jiggverna. Se jistaġnaw pajjiż. U l-pajjiż irrisponda billi tkattar l-investiment, żdiedu l-impeigi u żdied il-qliegħ. Il-Maltin m’humiex jemmnu lil Simon Busuttil.

Il-ħsara bdiet tinfirex ukoll barra minn Malta b’sensiela ta’ kummenti u dossiers li għaddew fil-Parlament Ewropew.

Toni Abela jaf xi tfisser il-ħsara li għamlu għaliex tant kienet qawwija l-kampanja li esponenti Nazzjonalisti mexxew kontrih, li kien hemm min emmen li l-ex Deputat Mexxej jabbuża mid-drogi tant hu hekk li meta deher quddiem il-kumitat parlamentari dwar in-nomina tiegħu, flok mistoqsijiet dwar il-kompetenzi tiegħu, staqsew lil Toni Abela fuq il-blokka l-bajda!

Waqt il-programm DISSETT fuq l-istazzjon nazzjonali, Toni Abela żvela li waqt li kien għaddej f’kuridur tal-Parlament Ewropew, kien avviċinat minn persuni li staqsewh jekk kienx lest joqghod għal test tad-demm biex jittestjawh għad-drogi. Daqstant kienet kbira l-ħdura li mexxew kontrih in-Nazzjonalisti fil-Parlament Ewropew.

Lura f’Malta, fejn Simon Busuttil aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jitlef mill-kredibbilta’ tiegħu.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page