Jiddeċiedi u ma jħares lejn wiċċ ħadd
Updated: Sep 21
Ix-xogħol u l-investiment li rajna f’dawn il-jiem u li se nkomplu naraw fil-jiem li ġejjin huma xhieda ta’ gvern dinamiku, li jaħdem u jġib ir-riżultati. Dan id-dinamiżmu kompla jintwera bħala team anke f’mumenti pjottust pressanti li għadda minnu dan il-gvern partikolarment fil-ġimgħat li għaddew.
Il-kwistjoni tal-Panama weġġgħet lil gvern, “politikament u personalment” qal il-Prim Ministru. Lil hemm minn numri tal-popolarita li huma kejl relattiv u li minkejja li huma tajbin, Joseph Muscat ma straħx fuqhom għaliex jistenna li l-affarijiet isiru aħjar.
Fil-ġimgħat li għaddew il-Prim Ministru qal li se jieħu d-deċiżjonijiet skont il-fatti li jkollu quddiemu u hekk għamel. Iddeċieda u ma ħares lejn wiċċ ħadd. L-Għan tal-Prim Ministru hu li jmexxi b’ġustizzja u jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn fl-interess nazzjonali.
Meta ġie biex jiddeċiedi poġġa quddiemu l-fatti kollha. Ma kienx hemm implikazzjoni li Konrad Mizzi għamel xi ħaġa illegali, iżda l-politiċi m’humiex Imħallfin u jiddeċiedu skont il-korrettezza politika mhux skont il-provi li jinġiebu.
Għalhekk il-Prim Ministru ħa d-deċiżjonijiet li kellu jieħu kif ħabbar aktar kmieni illum f’konferenza tal-aħbarijiet. Deċiżjonijiet li ttieħdu f’waqthom mingħajr ma qagħad fuq l-għajjat u l-istorbju. Mexa fuq il-fatti skont pariri meqjusa.
“Dan hu l-ewwel Gvern li bil-fatti jieħu azzjoni biex jassigura l-korrettezza politika mhux biss issir imma tidher li qed issir.
Comments