top of page

Jippretendi li l-Belt għan-Nazzjonalisti biss

Archive
Apr 7, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Dan Josef Vella tal-UĦM tant hu Nazzjonalist, li tkaża biż-żgħażagħ tal-Labour talli ppruvaw isemmgħu leħinhom qabel Jason Azzopardi tressaq il-Qorti. Qal li xeni bħal tal-bieraħ huma kundannabbli. Ħsibtu se jikkundanna l-agressjoni fuq ġurnalisti tal-One. Minflok ikkundanna liż-żgħażagħ li riedu jsemmgħu leħinhom.

Mela dan jaħseb li l-Belt tan-Nazzjonalisti biss?

Qal li la kien hemm in-Nazzjonalisti biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Jason Azzopardi jmissu ħadd ma resaq ‘l hemm. Prosit għalik Sur Vella.

Jiddiskrimina b’dan il-mod fuq il-politika fil-beraħ, aħseb u ara x’jagħmel fil-postijiet tax-xogħol fil-magħluq.

Aqqas Gejtu Vella, li kellu l-istess kariga tiegħu u ħareġ kandidat mal-PN wara li spiċċa mill-UĦM, ma kien ikun daqshekk partiġġjan meta jipparteċipa f’diskussjonijiet.

Pass ‘il quddiem u tnejn lura.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page