Jipprova jimxi fuq il-passi ta’ Kristu
Updated: Sep 21
Kristu qam mill-mewt wara 3 ijiem.
Illum, Simon Busuttil qal li fi tliet ijiem ghamel mozzjoni biex jipproponi bidliet fil-gudikatura. Izda bhal dejjem, ha zball matematiku qawwi ghaliex ried jghid li ha 29 sena u 3 ijiem biex jipproponi dak li qieghdin jaghmlu Joseph Muscat u Owen Bonnici
Fil-qasam tal-Gustizzja dan il-gvern diga’ ghamel hafna iktar milli ghamlu diversi gvernijiet Nazzjonalisti.
Fost il-mizuri li dan il-gvern dahhal fis-sehh hemm;
Daħħal id-dritt tad-
disclosure
waqt l-arrest;
Ħarrax il-pieni f’każ ta’ esplojtazzjoni sesswali ta’ minuri;
Daħħal
Asset Management
and
Recovery Bureau
;
Irriforma mill-qiegħ il-liġijiet tad-drogi biex ikunu iktar ġusti ma’ min hu vittma tal-vizzju;
Saħħaħ l-
Witness Protection Programme
;
Daħħal elenku sħiħ ta’ għodod ġodda tal-informatika: differimenti bl-SMS,
emails
lill-avukati b’digrieti, traskrizzjonijiet tax-xhieda, riferti tan-notifiki, aċċess
online
għas-sistema tal-immaniggjar tal-kawzi civili u oħrajn;
Għada se jidħlu fis-seħħ r-riformi fil-proċedura Ċivili li se jnaqqsu l-burokrazija, jkomplu jespedixxu l-kawżi u jdaħħlu proċeduri
fast-track
;
Beda proġett pilota għall-prosekuzzjonijiet permezz ta’ Avukat u mhux membru tal-Korp tal-Pulizija.
Il-Gvern hu kommess li se jdaħħal aktar riformi fil-ġudikatura li Simon Busuttil lanqas biss semma fil-manifest elettorali li kiteb hu stess.
Simon Busuttil irid ukoll jiddeciedi jekk jaqbilx mar-riformi proposti minn Giovanni Bonello kif qal nhar it-Tlieta, jew ma’ dawn differenti li tkellem fuqhom nhar il-Ġimgħa.
Comments